Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Jannar 2010, iż-żieda ta’ EUR 28.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.3 biljun għal EUR 162.7 biljun. Dan kien dovut għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li twettqu mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 299.9 biljun, l-iżjed minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 806.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 120.5 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 23.3 biljun għal EUR 587.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Diċembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 58.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 78.6 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.3 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 162.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 164.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 28.8 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Jannar 2010.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 28.9 biljun għal EUR 233.5 biljun.
Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Jannar 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 766.347 għal kull uqija fina
USD: 1.4406 għal kull EUR
JPY: 133.16 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0886 għal kull DSĠ
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 266,919 | 0 | 28,771 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 195,480 | 1,641 | 1,930 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 62,799 | 1,056 | 389 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
132,680 | 585 | 1,541 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,151 | −261 | 704 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,198 | −514 | 16 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,198 | −514 | 16 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 749,906 | 21,322 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 79,293 | 20,072 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 669,297 | 1 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,289 | 1,249 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 27 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 26,281 | 516 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 328,652 | 109 | −1,003 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 28,782 | 307 | −29 | |
7.2 | Titoli oħra | 299,870 | −198 | −974 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,161 | −2 | −25 | |
9 | Assi oħra | 254,188 | 1,023 | −1,755 | |
Assi Totali | 1,904,935 | 23,835 | 28,637 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 806,522 | −669 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 395,614 | 26,930 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 233,490 | 28,897 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 162,117 | −1,971 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 6 | 5 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 340 | 11 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 129,749 | −4,011 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 120,495 | −5,198 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 9,253 | 1,187 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 46,759 | 300 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,032 | 269 | 60 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 9,616 | −95 | 143 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,616 | −95 | 143 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 51,249 | 0 | 343 | |
10 | Passiv ieħor | 167,840 | 1,066 | 127 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 220,212 | 0 | 27,958 | |
12 | Kapitali u riżervi | 73,001 | 32 | 5 | |
Total tal-passiv | 1,904,935 | 23,835 | 28,637 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja