Rapport Finanzjarju Konsolidat tal-Eurosistema tal-11 ta’ Settembru 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-11 ta’ Settembru 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 56 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ munita tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.7 biljun għal EUR 190.7 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll, swap f’kambju barrani tal-krona Żvediża u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
---|---|---|---|
9 ta’ Settembru 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 jiem għall-provvediment ta’ likwidità fi frank Żvizzeru | CHF 15.3 biljun | CHF 14.9 biljun |
10 ta’ Settembru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.4 biljun | - |
10 ta’ Settembru 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 41.6 biljun | USD 41.6 biljun |
11 ta’ Settembru 2009 | Swap f’kambju barrani tal-krona Żvediża ta’ 3 xhur | SEK 32.4 biljun | - |
It-transazzjonijiet għall-provvediment tal-likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu ma’ Sveriges Riksbank, mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli għajr dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 305.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 769.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.9 biljun għal EUR 127.7 biljun.
Iż-żieda fil- kontraparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali (SDRs) allokati mill-IMF (il-partita nru. 9 tal-passiv) ta’ EUR 5.2 biljun tirrifletti l-allokazzjoni tal-IMFs ta’ SDRs lill-banek ċentrali tal-Eurosistema. Din l-allokazzjoni hija parti mill-allokazzjoni speċjali ta’ SDRs lill-pajjiżi membri kollha tal-IMF b’mod konformi mar-Raba’ Emenda tal-Artikoli ta’ Ftehim tal-IMF, li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Awwissu 2009 u li ġiet implimentata fid-9 ta’ Settembru 2009. L-allokazzjoni speċjali, li tammonta għal SDR 21.5 biljun, hija mfassla sabiex tipprovdi likwidità lis-sistema ekonomika globali billi tissupplimenta r-riservi f’kambju barrani tal-pajjiżi membri tal-IMF.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 33.9 biljun għal EUR 600.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Settembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 72.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 93.3 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 30.7 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 10.6 biljun. Nhar il-Ħamis, 10 ta’ Settembru 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 14.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 3.2 biljun. Fl-istess jum immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 10.8 biljun b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 3.7 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (li baqa’ prattikament l-istess meta mqabbel ma’ dak tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 88.8 biljun (meta mqabbel ma’ 140.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti mill-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita Nru 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 11.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fil-11 ta’ Settembru 2009.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 43.5 biljun għal EUR 243 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 232,024 | −56 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 198,135 | 1,885 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 63,315 | 5,306 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
134,820 | −3,421 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 58,215 | −704 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,333 | −666 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,333 | −666 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 689,256 | −17,407 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 93,285 | 21,199 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 595,862 | −38,567 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 85 | 11 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 24 | −49 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 24,022 | 686 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 316,605 | 1,182 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 11,140 | 916 | |
7.2 | Titoli oħra | 305,465 | 266 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,230 | 0 | |
9 | Assi oħra | 231,653 | −1,935 | |
Assi Totali | 1,802,473 | −17,014 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 769,238 | −775 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 331,855 | −7,830 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 243,037 | 43,465 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 88,815 | −51,293 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 3 | −1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 207 | 43 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 138,358 | −6,930 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 127,689 | −6,946 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 10,669 | 16 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 89,347 | −4,721 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,068 | 299 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,144 | −570 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,144 | −570 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 51,481 | 5,195 | |
10 | Passiv ieħor | 147,020 | −1,727 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 187,797 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,958 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,802,473 | −17,014 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja