Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Awwissu 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Awwissu 2009, iż-żieda ta’ EUR 2 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 194.6 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
---|---|---|---|
25 ta’ Awwissu 2009 | Swap f’kambju barrani ta’ 3 xhur fi kroner Daniżi | DKK 8.4 biljun | DKK 3.3 biljun |
25 ta’ Awwissu 2009 | Swap f’kambju barrani ta’ 74 jum fi kroner Daniżi | DKK 7.1 biljun | - |
26 ta’ Awwissu 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 18.4 biljun | CHF 15.5 biljun |
27 ta’ Awwissu 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 38.4 biljun | USD 42.1 biljun |
27 ta’ Awwissu 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.1 biljun | - |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli oħra minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 304.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 767.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 20.1 biljun għal EUR 134.6 biljun.
Iż-żieda fid- drittijiet speċjali ta’ ġbid (SDRs) tal-kontropartijiet allokati mill-FMI (il-partita nru. 9 tal-passiv) ta’ EUR 40.9 biljun tirrifletti l-allokazzjoni ta’ SDRs mill-FMI lill-banek ċentrali tal-Eurosistema. Din l-allokazzjoni hi parti mill-allokazzjoni ġenerali ta’ SDRs, ekwivalenti għal USD 250 biljun, lill-pajjiżi membri kollha tal-FMI, li kienet approvata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FMI fis-7 ta’ Awwissu 2009 u li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Awwissu 2009. L-allokazzjoni hi maħsuba biex tipprovdi likwidità lis-sistema ekonomika globali billi tikkomplementa r-riżervi tal-kambju barrani tal-pajjiżi membri tal-FMI. L-allokazzjoni ġenerali ta’ SDRs ingħatat lill-membri tal-FMI parteċipanti fid-Dipartiment SDR fil-proporzjon tal-kwoti eżistenti tagħhom.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 0.1 biljun għal EUR 569.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 76.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 77.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 27.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 8.3 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 142.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 160.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 8.8 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Awwissu 2009.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 18.2 biljun għal EUR 202.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 232,111 | 2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 197,249 | 38,833 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 57,944 | 40,851 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
139,305 | −2,017 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 59,285 | 2,350 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,358 | 180 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,358 | 180 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 712,111 | −17,701 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 77,530 | 1,474 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 634,424 | −19,222 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 108 | 46 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 49 | 1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,095 | −860 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 313,090 | 537 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 8,787 | 861 | |
7.2 | Titoli oħra | 304,303 | −324 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,230 | 0 | |
9 | Assi oħra | 231,842 | −335 | |
Assi Totali | 1,821,371 | 23,007 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 767,167 | −1,154 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 345,527 | −35,799 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 202,940 | −18,198 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 142,577 | −17,607 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 10 | 6 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 219 | −2 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 145,255 | 20,083 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 134,600 | 20,082 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 10,656 | 1 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 93,391 | 2,047 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,422 | 438 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,236 | −581 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,236 | −581 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 46,286 | 40,850 | |
10 | Passiv ieħor | 147,111 | −2,874 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 187,797 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,958 | −1 | |
Total tal-passiv | 1,821,371 | 23,007 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja