Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Marzu 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Marzu 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 105 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5.9 biljun għal EUR 283.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara t-taqsima msejħa “Transazzjonijiet Straordinarji li m'għandhomx x'jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja").
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal-EUR 288.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 746.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 124.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 57.7 biljun għal EUR 618.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 244.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 227.7 biljun. Nhar l-Erbgħa wkoll, 11 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 104.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 120.2 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 55.9 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30.2 biljun. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 10.8 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 61.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 135.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Data tal-valur | Tip ta' transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
---|---|---|---|
11 ta’ Marzu 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 35.1 biljun | CHF 34.8 biljun |
12 ta’ Marzu 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/DKK ta’ 3 xhur għall-provvediment ta’ likwidità f’euro | DKK 17.6 biljun | DKK 6.0 biljun |
12 ta’ Marzu 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 15.4 biljun | USD 16.0 biljun |
12 ta’ Marzu 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 76.5 biljun | USD 81.9 biljun |
13 ta’ Marzu 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 0.9 biljun | - |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Federal Reserve System, is-Swiss National Bank u d-Danmarks Nationalbank. L-operazzjonijiet swap f’kambju barrani EUR/CHF u EUR/DKK ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 64.8 biljun għal EUR 244.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 217,638 | −105 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 155,272 | −1,527 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,237 | 118 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
142,035 | −1,646 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 144,063 | 8,082 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,336 | −663 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,336 | −663 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 680,795 | −16,031 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 227,701 | −16,446 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 452,765 | 567 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 322 | −156 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 7 | 4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 28,796 | −338 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 288,238 | 2,055 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,425 | 0 | |
9 | Assi oħra | 256,870 | −2,858 | |
Assi Totali | 1,829,433 | −11,385 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 746,337 | 302 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 306,641 | −8,977 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 244,244 | 64,796 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 61,841 | −73,771 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 556 | −2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 300 | 1 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 132,708 | 2,281 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 124,361 | 2,125 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,347 | 157 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 211,501 | 6,760 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 176 | 425 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,312 | 255 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,312 | 255 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 167,457 | −12,658 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,967 | 225 | |
Total tal-passiv | 1,829,433 | −11,385 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja