Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-27 ta’ Frar 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-27 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 214 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 35.1 biljun għal EUR 275.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għal provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 26 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 67.5 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 19.2 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 65.8 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 75.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 26 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 1.5 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Dawn lit-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 33.5 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.4 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar it-Tnejn, 23 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 26.2 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ DKK 7.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u d-Danmarks Nationalbank.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal-EUR 285.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 742.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.2 biljun għal EUR 128.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 23.4 biljun għal EUR 595.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 215.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 237.8 biljun. Nhar il-Ħamis, 26 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 42.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 21.6 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 104.9 biljun (meta mqabbel ma’ 80 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 51.7 biljun għal EUR 191.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 217,779 | −214 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 155,684 | −3,641 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,119 | −10 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
142,565 | −3,631 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 134,654 | −32,286 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,591 | −143 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,591 | −143 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 700,877 | 1,150 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 238,423 | 22,516 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 461,795 | −20,544 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 652 | −746 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 7 | −75 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 27,497 | −3,244 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 285,256 | 150 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,425 | 36 | |
9 | Assi oħra | 239,506 | 84 | |
Assi Totali | 1,820,268 | −38,107 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 742,134 | 2,853 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 297,168 | −27,174 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 191,697 | −51,735 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 104,911 | 24,861 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 561 | −300 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 276 | −39 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 136,906 | 22,850 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 128,912 | 23,234 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,994 | −383 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 202,561 | −33,879 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | −279 | 26 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,810 | −900 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 9,810 | −900 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 177,921 | −1,900 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,738 | 56 | |
Total tal-passiv | 1,820,268 | −38,107 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja