Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tas-26 ta’ Settembru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Settembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 14-il miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 19.5 biljun għal EUR 214.2 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 20 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 25 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Settembru 2008, ġiet regolata operazzjoni overnight li pprovdiet likwidità ta’ USD 30 biljun. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni oħra ta’ USD 35 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, b’maturità ta’ sebat ijiem. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 111.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 681.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9 biljun għal EUR 55.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 10.8 biljun għal EUR 459.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Settembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 150 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 180 biljun. Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Settembru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 6.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), u r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 28.1 biljun (meta mqabbel ma’ 1.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.1 biljun għal EUR 215.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 208,111 | −14 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 134,408 | 3,258 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,187 | 24 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
125,221 | 3,234 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 103,153 | 17,653 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,042 | −1,036 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,042 | −1,036 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 487,311 | 37,042 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 180,001 | 30,000 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 300,516 | 1,511 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 6,788 | 5,528 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 6 | 3 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 46,408 | 2,933 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 111,284 | 974 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,474 | 0 | |
9 | Assi oħra | 375,357 | −2,847 | |
Assi Totali | 1,518,548 | 57,963 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 681,659 | 349 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 243,461 | 28,364 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 215,393 | 2,100 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 28,059 | 26,258 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 9 | 6 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 318 | 176 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 62,326 | 7,902 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 55,430 | 8,997 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,896 | −1,095 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 127,464 | 19,078 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,136 | 608 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,068 | 807 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,068 | 807 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,120 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 155,952 | 681 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 152,364 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,680 | −2 | |
Total tal-passiv | 1,518,548 | 57,963 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja