Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat- 30 ta’ Marzu 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Marzu 2007, iż-żieda ta’ EUR 5.4 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-aktar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri nett ta’ munita tad-deheb minn bank ċentral ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1 biljun għal EUR 144.7 biljun. Il-bidla kienet l-aktar minħabba l-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv, filwaqt li transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmulin mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perjodu analizzat irriżultaw f’żieda ta’ EUR 0.1 biljun.
L-investimenti mill-Eurosistema f’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal-EUR 88.9 biljun b’żieda ta EUR 0.9 biljun minħabba transazzjonijiet li aktar milli għamlu tajjeb għat-tnaqqis ikkawżat bir-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 613.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.7 biljun għal EUR 57.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b'EUR 10.7 biljun għal EUR 432.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 282 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 283.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzament aktar fit-tul ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta' EUR 50 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ipparagunat ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun (ukoll ipparagunat ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
B’riżultat tat-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ l-Eurosistema (partita tal-passiv nru. 2.1) żdiedet b’EUR 1.3 biljun għal EUR 179.8 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ l-aħħar tliet xhur ta' l-attiv u l-passiv ta' l-Eurosistema
Skond ir-regoli ta’ kontabbiltà armonizzati ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Marzu 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali " Differenza pparagunata mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tliet xhur”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 498.198 kull uqija fin.
USD: 1.3318 kull EUR
JPY: 157.32 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1343 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 181,399 | −273 | 5,676 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 140,655 | −18 | −1,048 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,776 | −6 | −77 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
130,879 | −12 | −971 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,212 | 514 | −206 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,736 | −200 | −9 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,736 | −200 | −9 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 433,565 | 11,566 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 283,500 | 1,501 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 150,001 | 10,001 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 64 | 64 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,759 | 383 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 88,942 | 873 | −26 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 39,283 | −8 | −26 | |
9 | Assi oħra | 225,053 | 150 | 2,600 | |
Assi Totali | 1,162,604 | 12,984 | 6,964 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 613,605 | 5,297 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 181,014 | 2,201 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 179,754 | 1,307 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 1,103 | 1,056 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 155 | −163 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 1 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 106 | −8 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 65,823 | 3,819 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 57,136 | 3,701 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,687 | 118 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,774 | 425 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 158 | 5 | −4 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 13,458 | 422 | −197 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,458 | 422 | −197 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,578 | 0 | −33 | |
10 | Passiv ieħor | 71,110 | 523 | 3,667 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 125,521 | 0 | 3,531 | |
12 | Kapitali u riżervi | 67,457 | 300 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,162,604 | 12,984 | 6,964 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja