Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-23 ta' Marzu 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Marzu 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 189 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 145.6 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 88.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 608.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 16.2 biljun għal EUR 53.4 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdiet b’EUR 10.5 biljun għal EUR 421.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 271.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 282 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) u l- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, u kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 3.4 biljun għal EUR 178.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 175,996 | −189 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 141,721 | 1,477 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,859 | −35 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
131,862 | 1,512 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,904 | 162 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,945 | 450 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,945 | 450 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 421,999 | 10,496 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 281,999 | 10,498 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 140,000 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −1 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,376 | 894 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 88,095 | 432 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 39,317 | 0 | |
9 | Assi oħra | 222,303 | −1,063 | |
Assi Totali | 1,142,656 | 12,659 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 608,308 | −884 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 178,813 | −3,412 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 178,447 | −3,422 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 47 | 14 | |
2.3 | Depożiti fissi | 318 | −5 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 114 | 3 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 62,004 | 16,303 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 53,435 | 16,239 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,569 | 64 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,349 | 204 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 157 | 1 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,233 | 1,334 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,233 | 1,334 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,611 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 66,920 | −801 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 121,990 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 67,157 | −89 | |
Total tal-passiv | 1,142,656 | 12,659 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja