Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta' l-Eurosistema, ta' l-1 ta' Jannar 2007 u Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Jannar 2007
Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2007
Kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, il-BĊE qed jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2007 inklużi ċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ mill-Banka Slovenije, li ssieħeb ma’ l-Eurosistema fl-istess jum, flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa, tal-5 ta’ Jannar 2007. Partiti li qabel kienu denominati f’tolari Sloveni tneħħew mill-partiti “denominati f’munita barranija” u tqiegħdu mal-partiti “denominati f’euro”. It-transazzjonijiet u l-bilanċi tal-kontijiet tar-residenti tas-Slovenja tneħħew mill-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ “barra ż-żona ta’ l-euro” u tqiegħdu mal-partiti taż-“żona ta’ l-euro”. Barra minn dan, il-kapital u r-riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv) żdiedu meta mqabbla mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tad-29 ta’ Diċembru 2006, u dan irrifletta l-effett tad-dħul tal-Banka Slovenije fl-Eurosistema, il-ħlas tal-kontributi rispettivi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-kapital tal-BĊE meta dawn l-Istati Membri ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 [1] u l-aġġustamenti ta’ tmiem is-sena minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Jannar 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Jannar 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 25 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 148.8 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 80.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.4 biljun għal EUR 619.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.5 biljun għal EUR 53 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1.4 biljun għal EUR 448.2 biljun. Nhar il-Ħamis, 4 ta’ Jannar 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 330.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 330.5 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema), waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.8 biljun għal EUR 178.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | ||
---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 176,846 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 143,113 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 10,695 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
132,417 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 24,025 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,980 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 12,980 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 450,540 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 330,452 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,000 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 88 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,619 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,075 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 39,359 | |
9 | Assi oħra | 217,970 | |
Assi Totali | 1,157,527 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | ||
---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 629,637 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 177,476 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 173,870 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 964 | |
2.3 | Depożiti fissi | 2,640 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 78 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 135 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 53,714 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 45,502 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,212 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,629 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 162 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,621 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,621 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,611 | |
10 | Passiv ieħor | 73,080 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 121,990 | |
12 | Kapitali u riżervi | 66,394 | |
Total tal-passiv | 1,157,527 |
- Għal iżjed dettalji, jekk jogħbok irreferi għall-istqarrija tal-BĊE għall-istampa tat-2 ta’ Jannar 2007 imsejħa “Skema ta’ sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE – tkabbir ta’ l-UE u ta’ l-Eurosistema”.
Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Jannar 2007
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 176,821 | −25 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 144,021 | 908 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 10,686 | −9 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
133,334 | 917 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,448 | −1,577 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,419 | −561 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 12,419 | −561 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 450,501 | −39 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 330,499 | 47 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,000 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2 | −86 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,885 | 266 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,723 | 648 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 39,359 | 0 | |
9 | Assi oħra | 215,239 | −2,731 | |
Assi Totali | 1,154,416 | −3,111 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 619,263 | −10,374 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 180,865 | 3,389 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 178,700 | 4,830 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 69 | −895 | |
2.3 | Depożiti fissi | 2,096 | −544 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 133 | 55 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 95 | −40 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 61,338 | 7,624 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 52,995 | 7,493 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,343 | 131 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,098 | −531 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 160 | −2 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,937 | −684 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,937 | −684 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,611 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 70,531 | −2,549 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 121,990 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 66,395 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,154,416 | −3,111 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja