Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-2 ta’ Diċembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 275.5 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
1 ta’ Diċembru 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.3 biljun | USD 1.3 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 324.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 8.6 biljun għal EUR 1,108.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 37.7 biljun għal EUR 147.0 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 22.4 biljun għal EUR 94.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 33.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 36.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 5.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.3 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 451.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 428.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.0 biljun għal EUR 1,608.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-2 ta’ Diċembru 2016 | Differenza mqabbla mal-25 ta’ Novembru 2016 – xiri | Differenza mqabbla mal-25 ta’ Novembru 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 13.2 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.0 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 203.5 biljun | +EUR 1.3 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 22.5 biljun | +EUR 0.3 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 48.2 biljun | +EUR 2.0 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,211.7 biljun | +EUR 14.5 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 102.0 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 29.3 biljun għal EUR 849.7 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 412,634 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 314,377 | 309 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,424 | 0 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 236,953 | 309 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 34,007 | 1,685 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,439 | −806 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,439 | −806 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 546,587 | 482 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 35,952 | 2,233 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 510,468 | −1,746 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 168 | −5 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 83,068 | −734 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,932,267 | 18,367 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,608,093 | 18,008 | |
7.2 | Titoli oħra | 324,174 | 360 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,439 | 0 | |
9 | Assi oħra | 220,563 | 1,847 | |
Attiv totali | 3,587,380 | 21,150 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,108,444 | 8,631 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,301,334 | 52,139 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 849,679 | 29,258 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 451,648 | 22,881 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 7 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,633 | 84 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 253,809 | −36,373 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 146,973 | −37,720 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 106,837 | 1,346 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 113,228 | −4,215 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,815 | 998 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,934 | 430 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,934 | 430 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,132 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 214,669 | −543 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 418,545 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 100,836 | 0 | |
Passiv totali | 3,587,380 | 21,150 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja