Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-11 ta’ Diċembru 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Diċembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, jiġifieri EUR 264.1 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
10 ta’ Diċembru 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 134 miljun | USD 135 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 359.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.3 biljun għal EUR 1,069.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 10.4 biljun għal EUR 69.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 2.6 biljun għal EUR 346.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 69.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 69.1 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi l-istess, jiġifieri EUR 0.2 biljun, filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 174.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 177.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.6 biljun għal EUR 786.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-11 ta’ Diċembru 2015 | Differenza mqabbla mal-4 ta’ Diċembru 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-4 ta’ Diċembru 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 20.7 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 9.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 141.8 biljun | +EUR 1.9 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 15.4 biljun | +EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 475.5 biljun | +EUR 13.6 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 123.0 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 38.7 biljun għal EUR 559.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 348,850 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 296,181 | 1,710 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 78,651 | −4 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
217,530 | 1,713 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,948 | −2,382 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,594 | −172 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,594 | −172 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 520,617 | −777 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 69,094 | −720 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 451,371 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 151 | −57 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 124,124 | −3,371 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,145,442 | 16,458 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 786,331 | 15,594 | |
7.2 | Titoli oħra | 359,111 | 865 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,152 | 0 | |
9 | Assi oħra | 218,027 | 1,820 | |
Assi Totali | 2,731,936 | 13,285 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,069,441 | 3,265 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 733,267 | 35,357 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 559,160 | 38,739 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 173,966 | −3,369 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 141 | −13 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,169 | 151 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 155,293 | −22,221 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 69,424 | −10,375 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 85,868 | −11,845 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 37,082 | −2,362 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,009 | −128 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,806 | −516 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,806 | −516 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,202 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 217,733 | −261 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 350,735 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 97,200 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,731,936 | 13,285 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja