Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-4 ta’ Settembru 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Settembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 264.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta’ Settembru 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 135 miljun | USD 136 miljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-BĊE għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 359.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 1,055.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 17.3 biljun għal EUR 49.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.7 biljun għal EUR 360.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Settembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 70.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 71.0 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 167.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 154.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.2 biljun għal EUR 585.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-4 ta’ Settembru 2015 | Differenza mqabbla mat-28 ta’ Awwissu 2015 – xiri | Differenza mqabbla mat-28 ta’ Awwissu 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 22.3 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 10.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 112.2 biljun | +EUR 1.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 11.5 biljun | +EUR 0.4 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 301.4 biljun | +EUR 11.9 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 127.6 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 11.2 biljun għal EUR 449.7 biljun.
Korrezzjoni għar-Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja ppubblikat fl-1 ta’ Settembru 2015
Fir-rigward tar-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ Awwissu 2015 (ippubblikat fl-1 ta’ Settembru 2015) għandu jiġi nnotat li l-partita Assi oħra (A9) kellha turi bilanċ ta’ EUR 228,196 miljun minflok EUR 227,346 miljun, u li l-partita Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (P1) kellha turi bilanċ ta’ EUR 1,054,084 miljun minflok EUR 1,053,233 miljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 364,457 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 289,550 | 32 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,128 | −78 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
210,422 | 111 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 40,674 | −304 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,472 | 138 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,472 | 138 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 527,355 | −1,113 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 71,040 | 960 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 456,227 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 88 | −2,073 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 130,543 | −1,304 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 945,138 | 13,480 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 585,593 | 13,162 | |
7.2 | Titoli oħra | 359,545 | 318 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,177 | 0 | |
9 | Assi oħra | 225,946 | −2,250 | |
Assi Totali | 2,568,311 | 8,679 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,055,064 | 981 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 616,812 | 23,789 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 449,680 | 11,175 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 166,997 | 12,611 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 135 | 3 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,648 | −125 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 116,295 | −15,933 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 49,689 | −17,288 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 66,606 | 1,355 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 34,702 | 769 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,293 | −64 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,107 | −443 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,107 | −443 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,456 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 210,310 | −294 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 367,423 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 97,201 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,568,311 | 8,679 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja