Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-16 ta’ Jannar 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Jannar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 241.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 373.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 1,001.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 7.9 biljun għal EUR 64.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 3.7 biljun għal EUR 508.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Jannar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 112.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 114.0 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 14.2 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 65.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 73.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 220.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-16 ta’ Jannar 2015 | Differenza mqabbla mad-9 ta’ Jannar 2015 – xiri | Differenza mqabbla mad-9 ta’ Jannar 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 28.5 biljun | - | EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 12.7 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 33.1 biljun | EUR 1.8 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 2.1 biljun | EUR 0.3 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 144.3 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 19.0 biljun għal EUR 223.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,867 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 272,987 | 369 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,270 | −193 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
191,717 | 562 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,199 | 602 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,510 | −867 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,510 | −867 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 573,823 | −11,823 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 113,986 | 1,651 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 459,130 | −14,155 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 707 | 705 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −24 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 59,016 | 645 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 594,623 | 1,418 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 220,715 | 1,767 | |
7.2 | Titoli oħra | 373,908 | −348 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,715 | 0 | |
9 | Assi oħra | 234,483 | −945 | |
Assi Totali | 2,158,222 | −10,600 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,001,438 | −5,425 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 288,935 | −27,161 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 223,319 | −19,032 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 65,571 | −8,131 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 46 | 2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,888 | 619 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 94,694 | 9,779 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 64,869 | 7,928 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 29,825 | 1,851 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 60,288 | 9,495 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,671 | −761 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,456 | 1,424 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,456 | 1,424 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 215,925 | 1,431 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 94,655 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,158,222 | −10,600 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja