Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ Ġunju 2011
Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Ġunju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 176.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 342.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8.5 biljun għal EUR 842.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8.2 biljun għal EUR 73.1 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6.4 biljun għal EUR 336.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Ġunju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 116.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 110.8 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 75 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 20.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 19.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu, jiġifieri EUR 135.3 biljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Ġunju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.9 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 21.1 biljun għal EUR 191.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 350,669 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 219,412 | 28 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,885 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
144,527 | 28 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,211 | 270 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,024 | −369 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,024 | −369 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 432,134 | −5,413 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 110,762 | −5,340 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 321,313 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −82 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 60 | 10 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,304 | −6,856 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 477,867 | 5,168 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 135,280 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 342,587 | 5,168 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,521 | 0 | |
9 | Assi oħra | 301,847 | 5,551 | |
Assi Totali | 1,898,989 | −1,621 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 842,668 | 8,545 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 287,112 | −20,067 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 191,661 | −21,099 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 20,425 | 1,043 | |
2.3 | Depożiti fissi | 75,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 26 | −11 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,618 | 1,123 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,724 | 8,128 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 73,139 | 8,155 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,585 | −27 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,022 | −1,109 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,353 | 641 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,307 | −513 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,307 | −513 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,612 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 188,483 | 1,631 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 305,890 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,199 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,898,989 | −1,621 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja