Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Mejju 2011
Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Mejju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 175.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 334.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 834.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 38.3 biljun għal EUR 46.1 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 8 biljun għal EUR 327.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Mejju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 117.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 127.5 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 71.4 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 62.2 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 54.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 27.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 7 miljun u, għalhekk, baqgħu virtwalment kif kienu fil-livell ta' EUR 136.5 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Mejju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.1 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 27.4 biljun għal EUR 215-il biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 350,668 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 218,089 | 1,274 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,122 | −115 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
143,967 | 1,389 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,442 | 176 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,142 | −1,229 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,142 | −1,229 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 443,962 | 9,703 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 127,538 | 9,655 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 316,310 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 7 | 5 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 107 | 43 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 52,172 | 2,589 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 471,419 | −639 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 136,513 | −7 | |
7.2 | Titoli oħra | 334,907 | −632 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,548 | 0 | |
9 | Assi oħra | 286,408 | −4,125 | |
Assi Totali | 1,901,850 | 7,749 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 834,699 | 268 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 331,536 | 45,030 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 215,028 | 27,374 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 54,244 | 26,906 | |
2.3 | Depożiti fissi | 62,177 | −9,226 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 86 | −24 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,900 | −150 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 53,692 | −38,557 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 46,142 | −38,282 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,550 | −275 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,248 | −910 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,905 | 979 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,935 | 104 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,935 | 104 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,612 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 183,247 | 983 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 305,890 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,187 | 2 | |
Total tal-passiv | 1,901,850 | 7,749 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja