Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-24 ta’ Frar 2017

28 ta' Frar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Frar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 280.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta’ Frar 2017 Tranżazzjoni riversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.1 biljun USD 0.9 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 312.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 1,110.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 8.1 biljun għal EUR 177.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 6.8 biljun għal EUR 107.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Frar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 28.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 30.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar 2017 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 3.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.6 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 477.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 469.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.1 biljun għal EUR 1,807.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-24 ta’ Frar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 11.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 212.2 biljun +EUR 0.9 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.5 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 66.6 biljun +EUR 1.7 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,387.7 biljun +EUR 16.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 3.8 biljun għal EUR 957.4 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 324,448 −287
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,798 0
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 246,649 −287
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 35,614 954
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,104 80
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,104 80
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 584,742 1,618
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 30,830 2,824
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 553,809 −686
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 103 −520
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 81,096 124
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,119,591 17,829
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,807,064 19,132
  7.2 Titoli oħra 312,526 −1,303
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,410 0
9 Assi oħra 235,177 31
Attiv totali 3,808,242 20,349
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,110,758 704
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,434,799 12,168
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 957,351 3,793
  2.2 Faċilità tad-depożitu 477,414 8,375
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 33 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 10,019 563
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 289,748 −4,181
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 177,466 −8,146
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 112,282 3,964
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 159,885 12,147
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,486 860
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,043 −1,129
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,043 −1,129
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 228,228 −1,362
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 100,594 580
Passiv totali 3,808,242 20,349
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja