Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-6 ta’ Jannar 2017

10 ta' Jannar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset bi EUR 3.6 biljun għal EUR 282.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
5 ta’ Jannar 2017 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 4.3 biljun USD 2.1 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 320.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 4.0 biljun għal EUR 1,122.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 110.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 21.3 biljun għal EUR 150.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 39.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 440.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 424.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.0 biljun għal EUR 1,666.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-6 ta’ Jannar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 12.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.9 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 203.7 biljun +EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 22.9 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 51.8 biljun +EUR 0.8 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,265.6 biljun +EUR 11.0 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 39.6 biljun għal EUR 928.6 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,062 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 326,551 −1,303
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,711 −41
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 247,839 −1,262
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 31,894 1,175
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,470 −612
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,470 −612
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 590,825 −5,048
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 34,006 −5,125
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 556,570 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 249 77
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 70,918 1,814
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,986,976 12,077
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,666,075 12,049
  7.2 Titoli oħra 320,901 28
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,460 0
9 Assi oħra 238,482 1,635
Attiv totali 3,672,638 9,737
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,122,223 −3,993
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,369,150 55,886
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 928,578 39,591
  2.2 Faċilità tad-depożitu 440,534 16,326
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 38 −31
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 8,864 −563
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 213,812 −6,948
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 110,214 −4,665
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 103,597 −2,283
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 167,363 −38,315
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 5,702 2,058
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,701 1,400
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,701 1,400
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 221,331 −71
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 99,811 283
Passiv totali 3,672,638 9,737
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja