Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-8 ta’ Settembru 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Settembru 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 259.6 biljun.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
7 ta' Settembru 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 35 miljun |
USD 85 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 285.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b'EUR 0.6 biljun għal EUR 1,142.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 3.7 biljun għal EUR 162.5 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 9.4 biljun għal EUR 137 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 5.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.3 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa tħallsu operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 0.2 biljun qabel immaturaw.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 635.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 628.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 15.6 biljun għal EUR 2,185.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fit-8 ta’ Settembru 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 |
EUR 7.2 biljun |
- |
-EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 |
EUR 4.9 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 |
EUR 229.0 biljun |
+EUR 1.2 biljun |
-EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi |
EUR 24.6 biljun |
+EUR 0.1 biljun |
- |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv |
EUR 109.1 biljun |
+EUR 1.8 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,720.0 biljun |
+EUR 13.0 biljun |
- |
Programm tas-Swieq tat-Titoli |
EUR 91.2 biljun |
- |
- |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 1,264.2 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 379,078 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 301,953 | 3,153 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,545 | 79 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 227,408 | 3,074 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 33,736 | −502 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 15,122 | −1,326 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 15,122 | −1,326 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 772,833 | −1,830 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 4,310 | −1,604 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 768,382 | −172 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 142 | −54 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 60,978 | 1,773 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,471,744 | 15,623 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 2,185,932 | 15,561 | |
7.2 | Titoli oħra | 285,812 | 62 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,735 | 0 | |
9 | Assi oħra | 238,596 | −842 | |
Attiv totali | 4,299,776 | 16,049 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,142,704 | 575 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,900,010 | 8,272 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,264,153 | 717 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 635,813 | 7,534 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 44 | 21 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 14,453 | 6,027 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 292,378 | 5,659 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 162,463 | 3,704 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 129,915 | 1,954 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 175,224 | −6,865 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 8,465 | 1,641 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,950 | 823 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,950 | 823 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 56,705 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 224,676 | −82 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 371,913 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,297 | 0 | |
Passiv totali | 4,299,776 | 16,049 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja