Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-11 ta’ Awwissu 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Awwissu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 260.3 biljun.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
10 ta' Awwissu 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 35 miljun |
USD 35 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 286.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 1,145.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b'EUR 11.2 biljun għal EUR 158.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 7.7 biljun għal EUR 144 biljun. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Awwissu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 4.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 629.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 621.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 11.5 biljun għal EUR 2,139.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fil-11 ta’ Awwissu 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 |
EUR 7.5 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 |
EUR 4.9 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 |
EUR 226.1 biljun |
+EUR 0.6 biljun |
- |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi |
EUR 24.8 biljun |
+EUR 0.1 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv |
EUR 104.5 biljun |
+EUR 1.1 biljun |
- |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,680.7 biljun |
+EUR 9.7 biljun |
- |
Programm tas-Swieq tat-Titoli |
EUR 91.2 biljun |
- |
- |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 5 biljun għal EUR 1,240.9 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 379,092 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 301,235 | 1,995 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,452 | 9 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 226,783 | 1,986 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 35,252 | −1,665 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 15,909 | −524 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 15,909 | −524 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 773,484 | 339 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 4,591 | 324 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 768,704 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 189 | 15 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 61,418 | −2,194 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,425,996 | 11,218 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 2,139,682 | 11,464 | |
7.2 | Titoli oħra | 286,314 | −245 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,735 | 0 | |
9 | Assi oħra | 237,835 | 301 | |
Attiv totali | 4,255,955 | 9,471 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,145,941 | 1,198 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,870,396 | 3,131 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,240,942 | −4,957 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 629,418 | 8,096 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 36 | −8 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9,682 | −754 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 285,528 | 11,797 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 158,279 | 11,191 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 127,249 | 607 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 171,334 | −4,426 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 8,741 | −148 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,758 | 230 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,758 | 230 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 56,705 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 222,661 | −1,557 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 371,913 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,297 | 0 | |
Passiv totali | 4,255,955 | 9,471 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja