Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-11 ta’ Novembru 2016

15 ta' Novembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Novembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 nieqsa l-partiti 7, 8 u 9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 274.1 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
10 ta’ Novembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.0 biljun USD 1.0 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 324.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 1,100.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 14.4 biljun għal EUR 150.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 5.6 biljun għal EUR 83.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Novembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 31.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 459.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 455.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.7 biljun għal EUR 1,551.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-11 ta’ Novembru 2016

Differenza mqabbla

mal-4 ta’ Novembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mal-4 ta’ Novembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 13.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 199.5 biljun +EUR 0.9 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 21.5 biljun +EUR 0.2 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 42.2 biljun +EUR 1.8 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,165.1 biljun +EUR 16.8 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 800.3 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,634 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 314,258 1,408
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,156 −10
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 236,102 1,417
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,378 −3,749
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,130 −437
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,130 −437
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 543,748 −1,399
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 31,449 −1,279
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 512,214 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 85 −121
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 91,446 −381
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,875,645 19,075
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,551,104 19,681
  7.2 Titoli oħra 324,541 −606
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 220,588 1,295
Attiv totali 3,534,266 15,812
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,100,690 −1,799
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,260,159 3,439
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 800,344 −778
  2.2 Faċilità tad-depożitu 459,724 4,153
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 91 65
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,825 278
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 258,809 17,238
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 150,683 14,428
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 108,127 2,810
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 101,537 −2,283
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,762 −239
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,615 −1,871
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,615 −1,871
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 217,357 1,048
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,534,266 15,812
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja