Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-21 ta’ Ottubru 2016

25 ta' Ottubru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Ottubru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.7 biljun għal EUR 276.1 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
20 ta’ Ottubru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.2 biljun USD 3.5 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 329.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 1,095.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 21.3 biljun għal EUR 192.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.9 biljun għal EUR 150.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ottubru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 33.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2) kien ta’ EUR 397.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 401.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.0 biljun għal EUR 1,492.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-21 ta’ Ottubru 2016

Differenza mqabbla

mal-14 ta’ Ottubru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mal-14 ta’ Ottubru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 14.3 biljun - -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 196.5 biljun +EUR 1.0 biljun -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 21.3 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 35.9 biljun +EUR 2.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,113.9 biljun +EUR 16.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 103.7 biljun - -EUR 2.2 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 12.3 biljun għal EUR 781.2 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,633 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 313,095 96
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,805 0
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 235,289 96
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 35,276 1,953
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,460 303
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,460 303
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 547,263 492
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 33,428 542
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 513,797 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 38 −50
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 91,736 2,878
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,822,002 16,874
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,492,707 16,966
  7.2 Titoli oħra 329,295 −91
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 228,025 3,053
Attiv totali 3,494,929 25,648
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,095,101 −1,147
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,178,283 −16,738
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 781,235 −12,291
  2.2 Faċilità tad-depożitu 397,040 −4,438
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 7 −10
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,563 81
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 304,036 27,147
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 192,755 21,335
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 111,281 5,812
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 106,070 8,396
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 4,607 −987
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,560 304
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,560 304
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 216,197 8,592
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,494,929 25,648
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja