Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-2 ta’ Settembru 2016

6 ta' Settembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Settembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.0 biljun għal EUR 271.5 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta’ Settembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1,340 miljun USD 350 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 336.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 1,095.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 53.4 biljun għal EUR 118.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) naqas bi EUR 32.7 biljun għal EUR 147.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 42.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 6.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 5.0 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 378.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 346.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.8 biljun għal EUR 1,365.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-2 ta’ Settembru 2016 Differenza mqabbla mas-26 ta’ Awwissu 2016 – xiri Differenza mqabbla mas-26 ta’ Awwissu 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 190.7 biljun +EUR 1.6 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.1 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 20.5 biljun +EUR 1.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,001.9 biljun +EUR 11.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 108.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 24.0 biljun għal EUR 764.0 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 413,141 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 311,265 1,209
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,308 64
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 233,957 1,145
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,527 −2,092
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,348 124
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,348 124
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 526,527 −268
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 43,781 1,004
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 482,726 −1,255
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 20 −16
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 96,285 633
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,702,225 13,246
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,365,578 13,755
  7.2 Titoli oħra 336,647 −509
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 217,979 −1,564
Attiv totali 3,341,775 11,288
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,095,501 2,417
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,142,962 56,500
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 764,033 24,034
  2.2 Faċilità tad-depożitu 378,878 32,452
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 50 14
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 4,147 −4
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 216,992 −53,184
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 118,152 −53,426
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 98,840 242
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 85,572 4,336
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,237 164
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,591 −31
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,591 −31
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,486 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 204,530 1,091
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapital u riżervi 100,835 0
Passiv totali 3,341,775 11,288
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja