Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-5 ta’ Awwissu 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, fil-livell ta’ EUR 271.8 biljun.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
4 ta’ Awwissu 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.8 biljun | USD 0.6 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 337.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 1,099.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 68.1 biljun għal EUR 111.2 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 16-il biljun għal EUR 186.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 49.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 340.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 331.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.5 biljun għal EUR 1,312.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-5 ta’ Awwissu 2016 | Differenza mqabbla mad-29 ta’ Lulju 2016 – xiri | Differenza mqabbla mad-29 ta’ Lulju 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 16.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 187.4 biljun | +EUR 0.7 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.4 biljun | +EUR 0.1 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 15.0 biljun | +EUR 1.8 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 957.3 biljun | +EUR 12.4 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 108.4 biljun | - | -EUR 1.4 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 55.2 biljun għal EUR 753.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 413,141 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 308,432 | 873 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,249 | −174 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
231,183 | 1,048 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 32,896 | −261 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 16,602 | −903 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,602 | −903 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 527,084 | −6,535 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 42,989 | −6,604 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 483,982 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 113 | 69 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 93,110 | −895 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,649,989 | 10,608 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,312,349 | 13,542 | |
7.2 | Titoli oħra | 337,640 | −2,934 | |
8 | Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | 0 | |
9 | Assi oħra | 218,408 | −1,056 | |
Assi Totali | 3,286,139 | 1,830 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,099,228 | 2,254 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,094,442 | 64,751 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 753,675 | 55,248 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 340,750 | 9,505 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 17 | −2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,640 | −9 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 208,939 | −68,089 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 111,227 | −68,129 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 97,712 | 39 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 83,824 | 858 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,166 | 93 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 7,896 | 505 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,896 | 505 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 204,760 | 1,467 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 100,834 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,286,139 | 1,830 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja