Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-22 ta’ Lulju 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta’ Lulju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 271.2 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
21 ta’ Lulju 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 5 miljun | - |
Din it-tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 342.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 1,093.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 35.5 biljun għal EUR 213.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 14.0 biljun għal EUR 210.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 42.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 320.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 333.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.8 biljun għal EUR 1,281.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-22 ta’ Lulju 2016 | Differenza mqabbla mal-15 ta’ Lulju 2016 – xiri | Differenza mqabbla mal-15 ta’ Lulju 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 17.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.6 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 186.0 biljun | +EUR 0.9 biljun | -EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.3 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 11.8 biljun | +EUR 1.4 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 928.4 biljun | +EUR 17.5 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 109.8 biljun | - | -EUR 1.4 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 9.8 biljun għal EUR 664.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 413,140 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 308,584 | 2,674 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,583 | −40 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
231,001 | 2,714 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 30,585 | −3,344 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,286 | −606 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,286 | −606 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 530,560 | 1,278 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 43,569 | 1,103 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 486,799 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 192 | 175 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 94,411 | −1,419 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,623,717 | 17,831 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,281,420 | 17,803 | |
7.2 | Titoli oħra | 342,297 | 28 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | 0 | |
9 | Assi oħra | 221,076 | 248 | |
Assi Totali | 3,265,838 | 16,661 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,093,474 | −330 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 985,484 | −22,467 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 664,890 | −9,755 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 320,566 | −12,718 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 27 | 6 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,642 | 17 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 309,485 | 34,248 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 213,317 | 35,489 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 96,168 | −1,242 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,024 | 6,227 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,029 | −504 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,406 | 254 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,406 | 254 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 205,048 | −785 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 100,836 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,265,838 | 16,661 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja