Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta᾿ Frar 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta᾿ Frar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f᾿deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f᾿munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b᾿EUR 1.3 biljun għal EUR 245.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m᾿għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta᾿ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f᾿ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b᾿EUR 1.5 biljun għal EUR 378.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b᾿EUR 0.6 biljun għal EUR 1,005.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b᾿EUR 14.5 biljun għal EUR 70.5 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta᾿ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b᾿EUR 5.8 biljun għal EUR 460.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta᾿ Frar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta᾿ rifinanzjament ta᾿ EUR 104.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta᾿ EUR 122.1 biljun b᾿maturità ta᾿ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 16.2 biljun minn operazzjoni ta᾿ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta᾿ EUR 1.2 biljun (imqabbel ma᾿ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta᾿ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta᾿ EUR 42.0 biljun (imqabbel ma᾿ EUR 45.4 biljun fil-ġimgħa ta᾿ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f᾿ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b᾿EUR 2.1 biljun għal EUR 231.5 biljun. It-tabella ta᾿ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b᾿kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-20 ta᾿ Frar 2015 | Differenza mqabbla mat-13 ta᾿ Frar 2015 – xiri | Differenza mqabbla mat-13 ta᾿ Frar 2015 – fidi |
Programm ta᾿ xiri ta᾿ bonds garantiti 1 | EUR 26.9 biljun | - | EUR 0.2 biljun |
Programm ta᾿ xiri ta᾿ bonds garantiti 2 | EUR 12.0 biljun | - | EUR 0.6 biljun |
Programm ta᾿ xiri ta᾿ bonds garantiti 3 | EUR 48.7 biljun | EUR 2.8 biljun | EUR 0.1 biljun |
Programm ta᾿ xiri ta᾿ titoli koperti b᾿assi | EUR 3.0 biljun | EUR 0.1 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 140.9 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta᾿ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta᾿ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b᾿EUR 2.5 biljun għal EUR 229.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,867 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 275,665 | 1,850 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,724 | −2 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
195,940 | 1,852 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 35,394 | −1,298 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,663 | 1,318 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,663 | 1,318 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 502,548 | 2,396 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 122,114 | 17,576 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 379,223 | −16,179 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,205 | 994 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 5 | 5 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 121,901 | 5,617 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 610,134 | 3,647 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 231,525 | 2,140 | |
7.2 | Titoli oħra | 378,609 | 1,507 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,665 | 0 | |
9 | Assi oħra | 230,958 | 1,141 | |
Assi Totali | 2,167,794 | 14,670 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,005,000 | −592 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 271,373 | −941 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 229,346 | 2,485 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 41,984 | −3,445 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 43 | 19 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,318 | −59 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 110,168 | 18,414 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 70,459 | 14,475 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 39,708 | 3,939 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 65,350 | −6,109 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,945 | −88 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,020 | −612 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,020 | −612 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 218,884 | 4,656 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,464 | 1 | |
Total tal-passiv | 2,167,794 | 14,670 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja