Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Ġunju 2014

17 ta' Ġunju 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Ġunju 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 210.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 357.4 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 956.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 11.1 biljun għal EUR 89.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 15.1 biljun għal EUR 481.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ġunju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 149.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 136.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 119.2 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 108.6 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 32.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 10 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 10.7 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi xejn filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 17.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 37.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 212.5 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Ġunju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 162.7 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 35.6 biljun u EUR 14.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 12.7 biljun għal EUR 199.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 326,478 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 247,484 −775
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,553 −114
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
165,931 −662
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,399 533
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,836 −1,089
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,836 −1,089
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 607,617 −45,663
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 136,766 −12,585
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 470,840 −33,053
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 11 −26
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,814 2,690
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 569,966 −883
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 212,543 −304
7.2 Titoli oħra 357,423 −579
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,267 0
9 Assi oħra 239,419 −2,847
Assi Totali 2,124,281 −48,036
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 956,549 −1,259
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 325,814 −17,880
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 199,831 12,708
2.2 Faċilità ta’ depożitu 17,175 −20,137
2.3 Depożiti fissi 108,650 −10,551
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 158 100
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,663 815
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 124,145 −17,494
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 89,214 −11,077
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 34,931 −6,417
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 67,104 −11,173
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 971 −18
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,588 −50
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,588 −50
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,830 0
10 Passiv ieħor 205,302 −976
11 Kont tar-rivalutazzjoni 288,913 0
12 Kapitali u riżervi 93,403 0
Total tal-passiv 2,124,281 −48,036
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja