Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Diċembru 2013

24 ta' Diċembru 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Diċembru 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 207.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għaddiet ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 349.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 11.8 biljun għal EUR 950.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 19.9 biljun għal EUR 56 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 26.3 biljun għal EUR 516.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 98.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 118.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 184 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 152.3 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ħamest ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 8.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 20.9 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 22.7 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 53.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 38.3 biljun fil-ġimgħa ta' qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 5.8 biljun għal EUR 235.4 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli u fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Diċembru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 178.3 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 41.7 biljun u EUR 15.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 32.4 biljun għal EUR 256.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,920 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 243,969 310
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 82,700 280
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
161,268 30
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,283 −566
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,515 −672
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,515 −672
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 723,303 10,286
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 118,911 20,417
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 604,050 −10,343
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 341 213
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 74,194 960
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 585,284 −6,653
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 235,412 −5,839
7.2 Titoli oħra 349,872 −815
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,326 0
9 Assi oħra 245,739 846
Assi Totali 2,287,531 4,511
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 950,471 11,813
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 462,481 16,426
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 256,078 32,440
2.2 Faċilità ta’ depożitu 53,345 15,003
2.3 Depożiti fissi 152,251 −31,749
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 808 732
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,208 −772
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 81,371 −22,939
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 55,997 −19,914
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 25,374 −3,026
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 109,631 −550
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,372 323
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,024 −1,018
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,024 −1,018
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,565 0
10 Passiv ieħor 224,454 1,228
11 Kont tar-rivalutazzjoni 304,534 0
12 Kapitali u riżervi 90,420 0
Total tal-passiv 2,287,531 4,511
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja