Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-23 ta’ Awwissu 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Awwissu 2013 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għax-xiri ta’ ingotti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 211.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Awwissu 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 351.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 918.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 29 biljun għal EUR 86.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 6.6 biljun għal EUR 510.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Awwissu 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 97.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 97.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 192.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta' depożiti ġodda b'maturità ta' ġimgħa.
Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 0.7 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 87.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 81.2 biljun fil-ġimgħa ta' qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 250.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Awwissu 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 190.7 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 44.1 biljun u EUR 15.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 25.4 biljun għal EUR 256.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 319,968 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 250,429 | 316 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 84,655 | −10 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
165,774 | 326 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,806 | 115 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,275 | 399 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,275 | 399 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 790,349 | −582 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 97,729 | 168 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 692,604 | −654 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 15 | −96 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,848 | −1,275 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 602,535 | −1,329 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 250,597 | −1,902 | |
7.2 | Titoli oħra | 351,938 | 573 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,356 | 0 | |
9 | Assi oħra | 243,266 | −5,334 | |
Assi Totali | 2,360,832 | −7,689 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 918,346 | −5,880 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 535,929 | −19,333 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 256,148 | −25,391 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 87,224 | 6,022 | |
2.3 | Depożiti fissi | 192,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 56 | 36 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,139 | −337 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 109,457 | 28,014 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 86,653 | 28,957 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 22,804 | −944 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 131,783 | −5,014 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,590 | 168 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,870 | 73 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,870 | 73 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,240 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 222,378 | −5,380 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 284,680 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,419 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,360,832 | −7,689 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja