Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Jannar 2013
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Jannar 2013 it-tnaqqis ta’ EUR 40.4 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 7.5 biljun għal EUR 218.8 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għall-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta’ Jannar 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.6 biljun | |
3 ta’ Jannar 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1 biljun | |
3 ta’ Jannar 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.1 biljun | USD 0.9 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 308 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 904.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 11.4 biljun għal EUR 96.9 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 13.8 biljun għal EUR 655.3 biljun. Nhar il-Ħamis 3 ta’ Jannar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 89.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 81.1 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 197.6 biljun u nġabru depożiti ġodda ta’ EUR 208.5 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 3.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 252.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 261.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu marġinalment b’EUR 0.1 biljun għal EUR 276.9 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Jannar 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.7 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 51.8 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.2 biljun għal EUR 462.3 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2012 jidher fil-kolonna supplimentari " Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,261.179 kull uqija fina
USD: 1.3194 kull EUR
JPY: 113.61 kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ kreditu (SDR): EUR 1.1657 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 438,686 | 0 | −40,429 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 250,685 | −170 | −7,981 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,980 | 0 | −2,024 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
163,705 | −170 | −5,957 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,340 | −17 | −1,258 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,033 | −183 | −23 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,033 | −183 | −23 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,116,994 | −11,800 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 81,097 | −8,564 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,035,769 | −2 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 127 | −3,235 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 203,816 | −2,438 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 584,944 | −2,232 | 2,044 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 276,903 | −460 | 556 | |
7.2 | Titoli oħra | 308,041 | −1,772 | 1,488 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 29,961 | −2 | −44 | |
9 | Assi oħra | 279,704 | 455 | 2,044 | |
Assi Totali | 2,956,165 | −16,386 | −45,647 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 904,411 | −9,266 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 924,018 | 8,169 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 462,287 | 6,185 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 252,615 | −9,074 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 208,500 | 10,941 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 616 | 117 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,493 | −303 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 137,209 | −13,373 | 4 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 96,856 | −11,375 | 4 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 40,353 | −1,998 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 185,485 | −827 | −14 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,439 | 43 | −77 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 5,815 | −407 | −158 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,815 | −407 | −158 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,952 | 0 | −1,291 | |
10 | Passiv ieħor | 241,411 | −424 | 1,334 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 407,375 | 0 | −45,449 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,556 | 0 | 4 | |
Total tal-passiv | 2,956,165 | −16,386 | −45,647 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja