Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-29 ta’ Ġunju 2012

4 ta' Lulju 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Ġunju 2012 iż-żieda ta’ EUR 1.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni kif ukoll għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 13.5 biljun għal EUR 243 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għal operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
28 ta’ Ġunju 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.6 biljun USD 2.6 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 321.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.4 biljun għal EUR 893.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 146.3 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 18.5 biljun għal EUR 272 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 167.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 180.4 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 211-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 25.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 26.3 biljun, waqt li EUR 7 biljun tħallsu qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 772.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 775.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 281 biljun, l-aktar minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru u l-konklużjoni ta’ xiri skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Ġunju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 211.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.1 biljun u EUR 13.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 19.6 biljun għal EUR 116.7 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fid-29 ta’ Ġunju 2012 jidher fil-kolonna supplimentari "Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,246.624 kull uqija fina

USD: 1.2590 kull EUR

JPY: 100.13 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.2056 kull DSK

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 433,779 −30 1,109
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 260,867 1,454 12,429
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 89,805 −41 3,354
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
171,061 1,495 9,075
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 51,856 444 2,479
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,455 −849 10
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,455 −849 10
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,260,858 20,332 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 180,378 13,125 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,079,725 8,178 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 706 −764 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 48 −207 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 186,363 −36 −33
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 602,322 1,090 −1,210
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 281,046 149 557
7.2 Titoli oħra 321,276 941 −1,767
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,092 −470 −25
9 Assi oħra 258,637 −2,422 10,065
Assi Totali 3,102,227 19,512 24,822
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 893,740 3,413 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,105,531 21,475 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 116,654 19,632 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 772,855 −2,408 0
2.3 Depożiti fissi 210,500 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 5,522 4,250 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,714 −129 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 158,474 −2,881 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 146,330 −4,275 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 12,144 1,394 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 149,908 198 −9
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,291 129 218
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 9,552 303 463
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,552 303 463
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,886 0 2,170
10 Passiv ieħor 225,543 −2,996 11,584
11 Kont tar-rivalutazzjoni 409,840 0 10,395
12 Kapitali u riżervi 85,748 0 0
Total tal-passiv 3,102,227 19,512 24,822
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja