Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-21 ta’ Ottubru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Ottubru 2011, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema kif ukoll għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 192 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
20 ta’ Ottubru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.5 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 338.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 858.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 24 biljun għal EUR 69.2 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 69.2 biljun għal EUR 218-il biljun. Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ottubru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 204.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 201.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 163 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 165 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 4.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 202.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 136.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4.2 biljun għal EUR 228.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tal-konklużjoni ta’ xiri ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tat-titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Ottubru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 169.5 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 85.5 biljun għal EUR 213.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 419,824 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 226,877 | −226 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,402 | 2 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
146,475 | −228 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,496 | 264 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,563 | 1,760 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,563 | 1,760 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 585,241 | −1,379 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 201,182 | −3,757 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 379,474 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 4,562 | 2,396 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 22 | −17 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,747 | 1,567 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 567,214 | 4,771 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 228,691 | 4,195 | |
7.2 | Titoli oħra | 338,523 | 576 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,966 | 0 | |
9 | Assi oħra | 346,248 | −4,441 | |
Assi Totali | 2,313,175 | 2,318 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 858,311 | −1,206 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 580,330 | −17,661 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 213,075 | −85,498 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 202,098 | 65,903 | |
2.3 | Depożiti fissi | 165,000 | 2,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 157 | −66 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,743 | 248 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,221 | 23,940 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 69,203 | 23,998 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,018 | −58 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 48,241 | −78 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,891 | −654 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,040 | 591 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,040 | 591 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 213,154 | −2,863 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 383,276 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,313,175 | 2,318 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja