Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta’ Awwissu 2011
Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Awwissu 2011, it-tnaqqis ta’ EUR 4.0 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009) kif ukoll għan-negozju f’muniti tad-deheb li għamel bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 176.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u minħabba operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Fil-25 ta’ Awwissu 2011 immaturat operazzjoni ta’ sebat ijiem ta’ USD 0.5 biljun. Din l-operazzjoni, li tmexxiet mill-Eurosistema, kellha x’taqsam mal-arranġamenti temporanji reċiproċi dwar il-munita (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew stabbilixxa mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 335.0 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.4 biljun għal EUR 850.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.9 biljun għal EUR 62.5 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 46.4 biljun għal EUR 289.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 147.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 133.7 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 96.0 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 110.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 121.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 105.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 175.3 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ titoli mifdija skont l-istess programm. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Awwissu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 115.6 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 47.8 biljun għal EUR 197.0 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 363,248 | −4 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 214,935 | −941 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 75,959 | 1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
138,975 | −942 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 27,901 | 588 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,750 | −1,405 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,750 | −1,405 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 524,581 | −14,113 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 133,674 | −14,015 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 390,830 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −90 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 77 | −8 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 49,828 | 733 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 510,325 | 5,656 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 175,309 | 5,324 | |
7.2 | Titoli oħra | 335,015 | 332 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,944 | 1 | |
9 | Assi oħra | 328,122 | 4,472 | |
Assi Totali | 2,071,633 | −5,013 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 850,189 | −4,398 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 431,687 | −15,590 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 196,998 | −47,832 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 121,190 | 15,279 | |
2.3 | Depożiti fissi | 110,500 | 14,500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2,998 | 2,462 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,660 | 2,480 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 70,910 | 10,581 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 62,528 | 10,868 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,382 | −287 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 44,596 | −308 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,083 | 494 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,773 | −90 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,773 | −90 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,170 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 205,427 | 1,818 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 316,657 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,071,633 | −5,013 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja