Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-29 ta’ Ottubru 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Ottubru 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 177 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
28 ta’ Ottubru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 60 miljun | USD 60 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 313 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.8 biljun għal EUR 815 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.6 biljun għal EUR 109.8 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6.6 biljun għal EUR 420.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Ottubru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 184 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 183.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ottubru 2010 wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 63.5 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 23.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 42.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 50.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 25.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Billi ma sarx ħlas ġdid ta' xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli tul din il-ġimgħa, l-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu fil-livell ta’ EUR 124.3 biljun. Minħabba dan, fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 63.3 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 25.3 biljun għal EUR 205.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,412 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 220,845 | 1,038 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 69,850 | −108 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
150,995 | 1,145 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,739 | −62 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,806 | −111 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,806 | −111 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 534,093 | 18,035 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 183,438 | −591 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 350,386 | 19,309 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 264 | −673 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 6 | −10 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,210 | −473 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 437,319 | 1,745 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 124,317 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 313,002 | 1,745 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,977 | 1 | |
9 | Assi oħra | 262,278 | −2,459 | |
Assi Totali | 1,895,679 | 17,716 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 815,022 | 3,834 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 319,056 | −653 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 205,229 | −25,266 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 50,308 | 24,651 | |
2.3 | Depożiti fissi | 63,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 19 | −38 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,386 | 810 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 116,203 | 14,694 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 109,791 | 14,610 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,412 | 84 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,959 | 438 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 935 | −1,189 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,934 | 1,992 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,934 | 1,992 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,665 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 159,588 | −2,209 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 296,740 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,895,679 | 17,716 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja