Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-15 ta’ Ottubru 2010

19 ta' Ottubru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-15 ta’ Ottubru 2010, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 176.7 biljuni minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
14 ta’ Ottubru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 560 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 310.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 814-il biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 7.2 biljun għal EUR 86 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 63 biljun għal EUR 419.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Ottubru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  197 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 186 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 37.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 52.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru 2010 wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 63.5 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 35.8 biljun (meta mqabbel ma’ 94.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Peress li ma sarx ħlas ġdid ta' xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli matul din il-ġimgħa, l-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (partita nru. 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu, jiġifieri EUR 124.3 biljun. B’riżultat ta’ dan, fil-ġimgħa li ntemmet fil-15 ta’ Ottubru 2010 l-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 63.3 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 77 biljun għal EUR 228.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,411 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219,894 6
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,986 −31
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,907 37
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,202 −146
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,164 −1,178
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,164 −1,178
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 518,524 4,323
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 185,984 −11,065
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 331,077 14,333
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,442 1,050
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 22 5
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 29,876 796
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 434,855 1,526
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 124,317 0
7.2 Titoli oħra 310,539 1,526
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,975 0
9 Assi oħra 263,043 3,665
Assi Totali 1,876,946 8,993
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 813,990 −1,867
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 328,024 18,339
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 228,684 76,966
2.2 Faċilità ta’ depożitu 35,782 −58,632
2.3 Depożiti fissi 63,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 59 4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 721 −474
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,171 −6,983
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 86,019 −7,196
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,151 212
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,406 −160
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 878 −749
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,820 424
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,820 424
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0
10 Passiv ieħor 157,340 463
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,876,946 8,993
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja