Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Lulju 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Lulju 2009 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 191.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 470 miljun għal EUR 297.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 818.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14.9 biljun għal EUR 100.8 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 46.6 biljun għal EUR 370.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 162.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 229.1 biljun. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 111.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 31.9 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 59 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 205.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 231.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 832 miljun għal EUR 120.9 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 796.5 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 35.5 miljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.6 biljun għal EUR 126.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 352,092 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 234,242 | 1,603 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,040 | −38 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
160,202 | 1,641 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 30,780 | −564 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,545 | 662 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,545 | 662 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 635,009 | −45,567 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 229,070 | 66,158 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 405,927 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | −111,237 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1 | −482 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 10 | −5 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 43,009 | −762 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 418,037 | 1,302 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 120,894 | 832 | |
7.2 | Titoli oħra | 297,143 | 470 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 35,037 | −48 | |
9 | Assi oħra | 238,995 | −1,690 | |
Assi Totali | 2,004,747 | −45,063 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 818,831 | 2,361 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 391,437 | −32,595 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 126,783 | −33,597 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 205,544 | −26,173 | |
2.3 | Depożiti fissi | 59,000 | 27,134 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 109 | 40 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 645 | −173 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 108,907 | −14,934 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 100,829 | −14,872 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,078 | −62 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 42,190 | 307 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 915 | −11 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,281 | 800 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,281 | 800 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,711 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 161,822 | −818 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 328,818 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,004,747 | −45,063 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja