Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ Ġunju 2010

22 ta' Ġunju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Ġunju 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta aġġustament tekniku mwettaq minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 172.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 2 biljun għal EUR 300.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 808.9 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.5 biljun għal EUR 131 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 161 biljun għal EUR 565.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  122 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 126.7 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 20.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 31.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 40.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 47 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 232 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 384.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 109.6 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 4 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 1.9 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 157.9 biljun għal EUR 295.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,691 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 213,718 61
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,365 −10
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
144,353 71
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,875 −717
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,451 −582
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,451 −582
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 844,913 15,391
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 126,672 4,633
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 718,199 11,123
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 11 −356
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 32 −9
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,365 −1,086
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 410,377 3,915
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 109,603 5,870
7.2 Titoli oħra 300,774 −1,955
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 0
9 Assi oħra 249,774 633
Assi Totali 2,124,740 17,614
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 808,925 −818
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 574,912 12,302
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 295,683 157,869
2.2 Faċilità ta’ depożitu 232,045 −152,215
2.3 Depożiti fissi 47,000 6,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 184 148
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,044 321
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 139,563 8,958
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 131,019 8,536
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,544 422
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,794 648
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,051 −40
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,698 −737
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,698 −737
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 162,591 −3,019
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 77,922 0
Total tal-passiv 2,124,740 17,614
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja