Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ April 2010

8 ta' April 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ April 2010, iż-żieda ta’ EUR 19.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9.6 biljun għal EUR 170.9 biljun. Dan kien dovut għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li twettqu mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 300.8 biljun, l-iżjed minħabba t-transazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.4 biljun għal EUR 801.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 118.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 14.1 biljun għal EUR 497.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  81 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 78.3 biljun. Nhar il-Ħamis, 1 ta’ April 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.6 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2 biljuni; ġiet regolata wkoll operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 17.9 biljun b’maturità ta’ sitt xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 242.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 213.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 44.4 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ April 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 20.7 biljun għal EUR 179.2 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-2 ta’ April 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 823.132 għal kull uqija fina

USD: 1.3479 għal kull EUR

JPY: 125.93 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1265 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 286,699 0 19,779
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 210,554 1,796 10,168
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 66,497 −42 2,189
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
144,058 1,838 7,978
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,261 −955 1,755
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,551 1,835 58
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,551 1,835 58
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 740,025 14,615 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 78,266 −2,796 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 661,651 17,336 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 69 68 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 39 7 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,742 −413 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 345,203 2,133 134
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 44,429 927 −46
7.2 Titoli oħra 300,774 1,205 181
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,122 0 −25
9 Assi oħra 250,391 −6,092 2,863
Assi Totali 1,942,548 12,918 34,733
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 801,712 10,372 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 421,837 8,000 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 179,171 −20,728 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 242,659 28,724 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 7 4 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 670 −104 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 126,333 −1,914 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 118,150 −2,063 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,183 149 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,197 −429 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,381 −325 74
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 14,546 769 868
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,546 769 868
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0 1,784
10 Passiv ieħor 160,193 −3,457 3,014
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0 28,992
12 Kapitali u riżervi 76,440 7 0
Total tal-passiv 1,942,548 12,918 34,733
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja