Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Ottubru 2009

20 ta' Ottubru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Ottubru 2009, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.2 biljun għal EUR 177.9 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u t-transazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
14 ta’ Ottubru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 10 biljuni CHF 6.6 biljuni
15 ta’ Ottubru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 31.1 biljun USD 29.7 biljuni

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 305.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 770.9 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 144.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 73.6 biljun għal EUR 623.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Ottubru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  62.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 61.6 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 10.6 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 7.7 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 68 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 144.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 18.3 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Ottubru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 77.5 biljun għal EUR 254 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,168 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 194,322 641
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,869 12
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,453 629
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 47,732 −1,204
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,007 −411
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,007 −411
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 691,350 −3,229
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 62,265 −355
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 628,967 −2,883
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 94 10
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 24 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,176 −1,794
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 324,173 1,293
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 18,299 946
7.2 Titoli oħra 305,874 347
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,205 1
9 Assi oħra 232,255 3,348
Assi Totali 1,801,388 −1,354
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 770,871 −1,392
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 321,978 662
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 253,982 77,458
2.2 Faċilità ta’ depożitu 67,995 −76,789
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 −7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 312 143
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 158,272 5,944
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 144,357 5,931
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 13,914 13
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 70,877 −7,997
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,959 −592
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,323 1,189
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,323 1,189
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 149,679 688
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,957 0
Total tal-passiv 1,801,388 −1,354
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja