Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ April 2009

15 ta' April 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-10 ta’ April 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 10.4 biljun għal EUR 280.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
8 ta’ April 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 36 biljun CHF 36.3 biljun
9 ta’ April 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 93.1 biljun USD 77.5 biljun
9 ta’ April 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 28 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 16 biljun USD 19.4 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2 biljun għal-EUR 293.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 762.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 147.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 55.3 biljun għal EUR 646.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, it-8 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 238.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 237.6 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 120.2 u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 131.8 biljun, b’maturità ta’ 35 jum. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 36.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.8 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 21.5 biljun (meta mqabbel ma’ 78.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel)

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 42.5 biljun għal EUR 232.1 biljun

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 241,669 −3
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 158,050 −513
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 14,360 −36
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,690 −477
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,130 −9,167
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,897 680
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,897 680
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 667,946 −1,662
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 237,635 −436
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 428,467 −2,279
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,836 1,051
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 9 3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 33,609 477
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 293,945 2,013
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,397 0
9 Assi oħra 235,154 −411
Assi Totali 1,827,798 −8,586
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 762,064 9,282
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 253,856 −14,500
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 232,143 42,504
2.2 Faċilità ta’ depożitu 21,488 −57,029
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 225 25
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 295 47
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 155,768 4,489
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 147,174 4,116
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,593 373
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 200,021 −9,157
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,901 −167
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,293 863
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,293 863
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 159,996 65
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 73,102 491
Total tal-passiv 1,827,798 −8,586
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja