Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-3 ta’ April 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ April 2009, iż-żieda netta ta’ EUR 24.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni. It-transazzjonijiet tul il-ġimgħa rriżultaw fi tnaqqis ta' EUR 14-il miljun. Dan irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 14.2 biljun għal EUR 290.8 biljun. Il-bidla kienet dovuta għall-effett tal-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll, u t-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur | Tip ta' transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
---|---|---|---|
1 ta’ April 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 36.5 biljun | CHF 36 biljun |
2 ta’ April 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 94.4 biljun | USD 93.1 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal-EUR 291.9 biljun. EUR 0.7 biljun minn din iż-żieda kien dovut għar-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7 biljun għal EUR 752.8 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 143.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 25.7 biljun għal EUR 590.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 230 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 238.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 78.5 biljun (meta mqabbel ma’ 45.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 28.9 biljun għal EUR 189.6 biljun.
Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2009 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 690.186 għal kull uqija fina
USD: 1.3308 għal kull EUR
JPY: 131.17 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1222 għal kull DSĠ
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 241,672 | −14 | 24,142 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 158,563 | 2,854 | 3,351 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 14,396 | 936 | 243 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
144,167 | 1,918 | 3,108 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 151,297 | −972 | 11,425 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,217 | 243 | −13 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,217 | 243 | −13 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 669,608 | 7,700 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 238,071 | 8,092 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 430,746 | 1 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 784 | −350 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 7 | −42 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 33,132 | 1,090 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 291,932 | 693 | 668 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,397 | 0 | −26 | |
9 | Assi oħra | 235,566 | −1,363 | −16,479 | |
Assi Totali | 1,836,384 | 10,233 | 23,069 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 752,782 | 7,026 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 268,356 | 4,526 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 189,639 | −28,904 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 78,517 | 33,411 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 199 | 20 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 248 | 17 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 151,279 | −4,272 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 143,058 | −4,293 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,220 | 21 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 209,179 | 1,982 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,068 | −828 | 1,280 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 10,429 | 1,302 | 597 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,429 | 1,302 | 597 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,551 | 0 | 105 | |
10 | Passiv ieħor | 159,931 | 510 | −5,678 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 202,952 | 0 | 26,363 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,610 | −30 | 400 | |
Total tal-passiv | 1,836,384 | 10,233 | 23,069 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja