Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Marzu 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Marzu 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 37 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 277.5 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Marzu 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 75.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 76.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din it-transazzjoni denominata f’dollari Amerikani tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 35.4 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal-EUR 286.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.9 biljun għal EUR 746 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 122.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 24.6 biljun għal EUR 560.7 biljun. Barra dan, il-partita nru. 5 tal-attiv naqset wara r-riklassifika ta’ EUR 10.2 biljun – li jikkorrispondi mal-valur nominali totali tal-krediti tal-Eurosistema kontra ħames kontropartijiet li m’għamlux il-ħlas dovut fl-2008 – minn Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja, denominati f’euro (il-partita nru. 5 tal-attiv) għal Assi oħra (il-partita nru. 9 tal-attiv). Għal iżjed dettalji, jekk jogħġbok irreferi għall-istqarrija għall-istampa tal-5 ta’ Marzu 2009. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Marzu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 237.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 244.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 135.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 104.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 12.2 biljun għal EUR 179.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 217,743 | −37 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 156,800 | 1,116 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,119 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
143,681 | 1,116 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 135,981 | 1,327 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,000 | −591 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,000 | −591 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 696,826 | −4,051 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 244,147 | 5,724 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 452,198 | −9,597 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 478 | −174 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 3 | −4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 29,134 | 1,637 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 286,182 | 927 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,425 | 0 | |
9 | Assi oħra | 259,729 | 20,223 | |
Assi Totali | 1,840,819 | 20,550 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 746,035 | 3,901 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 315,618 | 18,450 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 179,448 | −12,249 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 135,612 | 30,701 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 558 | −3 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 300 | 24 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 130,426 | −6,479 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 122,236 | −6,675 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,190 | 196 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 204,741 | 2,180 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | −249 | 30 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,057 | 246 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,057 | 246 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 180,115 | 2,194 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,742 | 4 | |
Total tal-passiv | 1,840,819 | 20,550 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja