Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Frar 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 166 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.3 biljun għal EUR 310.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 70 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 65.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din it-transazzjonui tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 35.7 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 33.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap), dwar il-munita bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar 2009, ġiet regolata transazzjoni overnight ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 0.2 biljun, li affettwat il- klejms kontra residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehim mal-Magyar Nemzeti Bank biex tipprovdi faċilità ta’ sostenn għall-operazzjonijiet ta’ dan il-bank.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal-EUR 285.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 739.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.1 biljun għal EUR 105.7 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 13.6 biljun għal EUR 618.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 197.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 215.3 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 80 biljun (meta mqabbel ma’ 75.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 4.1 biljun għal EUR 243.4 biljun.
Kwistjonijiet oħra
Dwar ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema tat-13 ta’ Frar 2009 (ippubblikat fis-17 ta’ Frar 2009), wieħed għandu jinnota li l-bilanċi mal-banek u l-investimenti f’titoli, is-self barrani u assi esterni oħra (il-partita nru. 2.2 tal-attiv) u klejms kontra residenti taż-żona tal-euro u denominati f’munita barranija (il-partita nru. 3 tal-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 145,666 miljun u EUR 168,736 miljun rispettivament, minflok EUR 146,114 miljun u EUR 168,287 miljun. Barra dan, obbligazzjonijiet oħra (il-partita nru. 10 tal-passiv) kellhom juru EUR 175,848 miljun minflok EUR 175,849 miljun.
Il-bidliet attwali ta’ kull ġimgħa li jidhru fir-rapport finanzjarju ta’ din il-ġimgħa diġà jinkludu l-bidliet imsemmija hawn fuq.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 217,993 | −166 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 159,324 | 530 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,128 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
146,196 | 530 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 166,940 | −1,796 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,735 | 442 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,735 | 442 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 699,726 | 18,440 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 215,908 | 17,525 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 482,339 | 4 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,398 | 836 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 82 | 75 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,741 | 3,004 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 285,105 | 1,414 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,389 | 0 | |
9 | Assi oħra | 239,422 | 2,456 | |
Assi Totali | 1,858,375 | 24,324 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 739,282 | −1,463 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 324,342 | 754 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 243,432 | −4,083 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 80,049 | 4,111 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 861 | 725 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 315 | −18 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 114,055 | 23,151 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 105,678 | 23,100 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,377 | 51 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 236,439 | −2,417 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | −305 | −192 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,710 | 214 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,710 | 214 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 179,821 | 3,973 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,682 | 322 | |
Total tal-passiv | 1,858,375 | 24,324 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja