Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-10 ta’ Ottubru 2008

14 ta' Ottubru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Ottubru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 153 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) ikkorrispondiet, l-ewwel, mal-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u, it-tieni, mal-bejgħ nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 29.8 biljun għal EUR 279 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 10 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 20 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni overnight li pprovdiet likwidità ta’ USD 93.9 biljun. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 113.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 18.9 biljun għal EUR 712.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 64.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 182.3 biljun għal EUR 584.6 biljun. Nhar it-Tnejn, 6 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 193.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 190 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 250 biljun. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 25 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun. Fl-istess ġurnata, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar biex tiġi pprovduta l-likwidità ta’ EUR 24.7 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 16.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 24.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 154.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 38.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 142.5 biljun għal EUR 295.8 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Għandu jkun innotat li l-figuri fir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008 (ippubblikat fit-8 ta’ Ottubru 2008) inbidlu dovut għal aġġustamenti tekniċi f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema. Dawn il-bidliet huma, madankollu, meqjusa li huma immaterjali u, konsegwentement, pubblikazzjoni mill-ġdid tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008 mhux meħtieġ. It-tibdil minn ġimgħa għal ġimgħa kif jidher f'dan ir-rapport finanzjarju konsolidat diġà jinkludi t-tibdil ta’ hawn fuq.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 220,237 −153
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 146,985 −1,661
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,814 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
137,171 −1,661
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 165,050 32,840
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,191 395
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,191 395
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 739,388 104,271
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 250,882 60,882
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 447,179 26,660
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 24,681 24,681
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 16,634 −7,957
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 12 4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,110 −9,537
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 113,560 443
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,448 0
9 Assi oħra 378,886 −3,458
Assi Totali 1,881,854 123,139
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 712,119 18,914
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 450,561 64,429
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 295,820 142,453
2.2 Faċilità ta’ depożitu 154,655 115,801
2.3 Depożiti fissi 0 −193,844
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 86 20
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 143 −56
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 85,684 6,666
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,900 −6,491
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 20,783 13,158
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 195,015 33,420
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 968 −366
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,668 1,699
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 26,668 1,699
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 164,948 −1,568
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,680 1
Total tal-passiv 1,881,854 123,139
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja