Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Ewrosistema ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Awwissu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 26 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 166 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 25 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 25 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 111.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 688.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 21.4 biljun għal EUR 59.5 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 9.5 biljun għal EUR 465.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 175.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 166 biljun. Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Lulju 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun. Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) baqgħa prattikament kif kien viċin iż-żero, waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, li kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.2 biljun għal EUR 214.7 biljun.
Kwistjonijiet oħra
Għandu jiġi nnutat li fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tal-25 ta’ Lulju 2008 (ippubblikat fid-29 ta’ Lulju 2008) il- passiv għal residenti mhux fiż-żona ta’ l-euro denominat f’euro (il-partita nru. 6 tal-passiv) kellu juri bilanċ ta’ EUR 77,912 miljun, minflok EUR 77,986 miljun, u li l- passiv għal residenti mhux fiż-żona ta’ l-euro denominat f’valuta barranija (il-partita nru. 8 tal-passiv) kellu juri EUR 16,409 miljun, minflok EUR 16,335 miljun.
Għalhekk, it-tibdil attwali minn ġimgħa għal ġimgħa f’dawn il-pożizzjonijiet huwa żieda ta’ EUR 956 miljun u EUR 1,916 miljun rispettivament.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 208,342 | −26 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 136,858 | 1,322 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,276 | 48 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
127,582 | 1,274 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 54,698 | −230 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,401 | 1,241 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,401 | 1,241 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 466,022 | −9,497 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 165,999 | −9,501 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 300,018 | 2 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −1 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 5 | 3 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 35,232 | 277 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 111,658 | −376 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,456 | 0 | |
9 | Assi oħra | 377,895 | 952 | |
Assi Totali | 1,444,562 | −6,337 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 688,625 | 4,775 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 214,824 | 6,154 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 214,732 | 6,176 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 87 | 13 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 5 | −35 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 227 | −27 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 66,414 | −21,371 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 59,529 | −21,440 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,885 | 69 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 78,868 | 956 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,093 | −816 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,325 | 1,916 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 18,325 | 1,916 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,120 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 146,032 | 2,076 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 152,364 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,670 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,444,562 | −6,337 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja