Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-18 ta’ April 2008
Rimarki introduttorji
Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu għar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema bejn is-7 ta’ Marzu u l-11 ta’ April 2008, issa m’għadhomx attwali. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa issa jirrifletti wkoll l-iżjed informazzjoni reċenti, li hi disponibbli, dwar il-karta tal-bilanċ ipprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tat-18 ta’ April 2008. Madankollu, iċ-ċifri li magħhom qed titqabbel l-iżjed dejta reċenti fil-kolonna “differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba t-transazzjonijiet” għadhom dawk tad-29 ta’ Frar 2008 għal dan il-bank ċentrali partikolari ta’ l-Eurosistema.
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ April 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 36 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 153.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 109.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 662.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 65 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 74.6 biljun għal EUR 498.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ April 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 130 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 204.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 71.4 biljun għal EUR 246.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 209,661 | −36 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 138,188 | 2,019 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 8,754 | −10 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
129,434 | 2,029 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 40,481 | −1,266 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,776 | 872 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,776 | 872 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 499,525 | 74,538 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 204,500 | 72,851 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 295,001 | 1,891 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1 | −194 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 23 | −10 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 34,639 | −532 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 109,302 | −295 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 38,592 | −22 | |
9 | Assi oħra | 347,026 | −3,870 | |
Assi Totali | 1,433,190 | 71,408 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 662,793 | 463 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 246,960 | 71,415 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 246,314 | 71,435 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 288 | −33 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 358 | 13 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 192 | −21 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 72,649 | −2,477 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 64,976 | −2,637 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,673 | 160 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 58,444 | 1,036 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 762 | −35 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,101 | 606 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 19,101 | 606 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,148 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 139,493 | 419 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 156,231 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,417 | 2 | |
Total tal-passiv | 1,433,190 | 71,408 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja