Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Ewrosistema tal-21 ta’ Marzu 2005
Rimarki introduttorji
Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu u l-14 ta’ Marzu 2008, għadhom preżenti u lanqas ma ppermettew il-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-21 ta’ Marzu 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti dwar il-karta tal-bilanċ pprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Marzu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 55 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 139.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Ewrosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro denominati f’euro (il-partita numru 7) kienu ta’ EUR 107.3 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel) Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.1 biljun għal EUR 665.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.4 biljun għal EUR 72.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 7.7 biljun għal EUR 483.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Marzu 2004, operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 209.5 biljun immaturat u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 202 biljun. Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Marzu 2008, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar biex tiġi pprovduta l-likwidità ta’ EUR 15-il biljun b’data ta’ maturità tal-25 ta’ Marzu 2008.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 9.4 biljun għal EUR 219.6 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 201,137 | −55 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 139,399 | 251 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,027 | 52 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
130,372 | 199 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 25,288 | 854 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,843 | 0 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 14,843 | 0 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 484,635 | 8,171 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 201,734 | −7,298 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 267,366 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 15,000 | 15,000 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 498 | 449 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 37 | 20 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 34,236 | 786 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 107,287 | −4 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 38,640 | 0 | |
9 | Assi oħra | 333,249 | 1,601 | |
Assi Totali | 1,378,714 | 11,604 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 665,749 | 7,059 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 220,598 | −8,856 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 219,593 | −9,366 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 727 | 500 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 278 | 10 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 216 | 2 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,715 | 9,715 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 72,947 | 9,400 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,768 | 315 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 36,796 | 695 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,517 | 932 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,802 | −554 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 18,802 | −554 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,311 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 130,740 | 2,606 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 147,666 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 70,604 | 5 | |
Total tal-passiv | 1,378,714 | 11,604 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja