Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Eurosistema tal-21 ta’ Diċembru 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Diċembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 769 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tlieta mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 8.1 biljun għal EUR 150.2 biljun minħabba kemm it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u ta’ l-operazzjonijiet tal-forniment tal-likwidità f’USD imwettqa mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament reċiproku temporanju dwar il-munita (swap line) bejn il-BĊE u s-Sistema tar-Riżervi Federali.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 97.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 16.3 biljun għal EUR 675.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 42.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 13.1 biljun għal EUR 475.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, id-19 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 218.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 348.6 biljun. Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 48.5 biljun. Nhar il-Ġimgħa, il-21 ta’ Diċembru 2007, ġiet regolata operazzjoni ta’ irfinar għall-assorbiment tal-likwidità ta’ EUR 141.6 biljun, imwettqa permezz tal-ġbir ta’ depożiti fissi.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun, li kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 20.6 biljun għal EUR 214.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 184,534 | −769 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 137,587 | −5,120 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,238 | 2 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
128,349 | −5,122 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 35,720 | 10,620 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,580 | −380 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 13,580 | −380 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 617,134 | 128,465 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 348,608 | 130,107 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 268,476 | −1,528 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 48 | −115 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 1 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,796 | 379 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 97,236 | −1,115 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,097 | 0 | |
9 | Assi oħra | 326,277 | 2,463 | |
Assi Totali | 1,472,961 | 134,543 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 675,881 | 16,320 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 355,995 | 120,978 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 214,185 | −20,577 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 236 | 13 | |
2.3 | Depożiti fissi | 141,565 | 141,565 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 9 | −23 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 142 | −16 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 49,857 | −8,188 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 42,122 | −6,635 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,735 | −1,553 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 38,188 | 6,810 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 888 | 444 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,843 | −3,026 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,843 | −3,026 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,398 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 129,785 | 1,217 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 131,060 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 68,924 | 4 | |
Total tal-passiv | 1,472,961 | 134,543 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja