Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-28 ta' Settembru 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Settembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 14.4 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni trimestrali, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.8 biljun għal EUR 141.8 biljun. Il-bidla kienet ikkawżata prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, waqt li t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.7 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 95.4 biljun, u dan l-iżjed minħabba l-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni trimestrali. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 637.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 66.1 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 29.6 biljun għal EUR 449.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Settembru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 155 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 190 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 5.5 biljun (meta mqabbel ma’ 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 32 biljun għal EUR 186.7 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-28 ta’ Settembru 2007 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati prinċipali tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 520.312 għal kull uqija fina
USD: 1.4179 għal kull EUR
JPY: 163.55 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0978 għal kull DSĠ
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 186,233 | −17 | 14,382 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 141,973 | −1,335 | −3,737 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,355 | 5 | −290 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
132,618 | −1,340 | −3,447 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,907 | 1,709 | −1,021 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,098 | 1,364 | −16 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 16,098 | 1,364 | −16 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 455,216 | 34,604 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 190,000 | 34,999 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 265,000 | 1 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 215 | −396 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,276 | 471 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 95,415 | 338 | 540 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,122 | 0 | −26 | |
9 | Assi oħra | 281,156 | 6,345 | 7,212 | |
Assi Totali | 1,250,396 | 43,476 | 17,337 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 637,292 | 2,340 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 192,150 | 37,036 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 186,667 | 31,996 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 5,472 | 5,045 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 11 | −5 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 170 | 31 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 73,572 | −2,746 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 66,140 | −2,530 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,432 | −216 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,913 | 2,127 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 613 | −1 | −32 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 18,112 | 446 | −863 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 18,112 | 446 | −863 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,398 | 0 | −119 | |
10 | Passiv ieħor | 99,223 | 4,244 | 4,301 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 131,060 | 0 | 14,050 | |
12 | Kapitali u riżervi | 68,893 | −1 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,250,396 | 43,476 | 17,337 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja