Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal- 21 ta’ Settembru 2007

25 ta' Settembru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Settembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 34 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 145.6 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti mill-Eurosistema f’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 94.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 635 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 12.1 biljun għal EUR 68.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b'EUR 112.2 biljun għal EUR 420.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Settembru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 269 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 155 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

B’riżultat tat-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ l-Eurosistema (partita tal-passiv nru. 2.1) naqset b’EUR 119.9 biljun għal EUR 154.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 171,868 −34
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 147,045 1,657
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,640 −51
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
137,405 1,708
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,219 −652
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,750 −1,505
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,750 −1,505
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 420,612 −113,424
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 155,001 −114,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 264,999 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 611 592
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 −16
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,805 1,459
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,537 −141
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,148 0
9 Assi oħra 267,599 2,916
Assi Totali 1,189,583 −109,724
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 634,952 −2,508
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 155,114 −121,152
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 154,671 −119,906
2.2 Faċilità ta’ depożitu 427 −1,250
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 16 4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 139 −4
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 76,318 11,985
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 68,670 12,075
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,648 −90
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,786 −272
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 646 74
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,529 386
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 18,529 386
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,517 0
10 Passiv ieħor 90,678 1,766
11 Kont tar-rivalutazzjoni 117,010 0
12 Kapitali u riżervi 68,894 1
Total tal-passiv 1,189,583 −109,724
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja