Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-31 ta' Awwissu 2007

4 ta' Settembru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-31 ta’ Awwissu 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 25 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 145.5 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 93.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 637.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.4 biljun għal EUR 65.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 65.1 biljun għal EUR 399.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Awwissu 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  275 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 210 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Awwissu 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 76.8 biljun għal EUR 132.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 172,000 −25
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,162 710
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,690 2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
134,472 708
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,385 1,486
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,458 −665
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,458 −665
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 400,116 −65,087
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 209,998 −65,001
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 190,001 −1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 110 −92
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 7 7
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,825 −1,002
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,275 939
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,145 −3
9 Assi oħra 255,168 4,297
Assi Totali 1,157,534 −59,350
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 637,187 1,090
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 132,614 −76,739
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 132,296 −76,759
2.2 Faċilità ta’ depożitu 318 20
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 189 −2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 73,187 9,657
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 65,374 9,372
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,813 285
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,859 1,342
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 134 −74
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,410 2,280
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,410 2,280
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,517 0
10 Passiv ieħor 82,536 3,024
11 Kont tar-rivalutazzjoni 117,010 0
12 Kapitali u riżervi 68,891 72
Total tal-passiv 1,157,534 −59,350
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja